Current Projects

Kif Tgħallimt Insuq

 
 
MT Kultant biex tgħid sigriet, l-ewwel trid tagħti lezzjoni. Il-lezzjoni taż-Żgħira tibda f’lejla sħuna u sajfija, lezzjoni tas-sewqan li titfagħha gass mal-pjanċa f'sitwazzjoni kkumplikata mal-għalliem tagħha...

Rebbieħ tal-premju prestiġjuż Pulitzer, id-dramm How I learnt to Drive ta’ Paula Vogel, kellu effett rivoluzzjonarju fuq it-teatru Amerikan. Rakkont postmodern li jittratta suġġetti tqal bħall-pedofelija u l-kompliċità tal-familja b’mod sensittiv imma fl-istess ħin umoristiku, aċċessibbli u ħafif.

Id-dramm inqaleb għall-Malti minn Simone Spiteri għall-premiere f’Theatre Next Door bi produzzjoni ta’ Dù Theatre. Dan il-kapulavur jikkonfronta l-kumplessitajiet ta’ relazzjonijiet tabù b’vulnerabbiltà kuraġġuża u onestà li tqanqal l-emozzjoni. B’direzzjoni ta’ Chiara Hyzler, Kif Tgħallimt Insuq hu rakkont li jsegwi l-vjaġġ taż-Żgħira, fejn il-linji tal-imħabba u l-kontroll isiru tiżliġa ta’ umanità profonda, trawma u maħfra.

Aktar minn 25 sena wara li nkiteb dan id-dramm, dawn it-temi kienu, jekk ma sarux, rilevanti aktar minn qatt qabel.

Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, Theatre Next Door, APS Bank u Victim Support Malta.

 

EN Sometimes to tell a secret, you first have to teach a lesson. Żgħira’s lesson starts on a warm summer evening, a driving lesson that catapults her into a complicated relationship with her instructor. 

Recipient of the prestigious Pulitzer Prize, the play How I Learnt to Drive by Paula Vogel had a revolutionary effect on American theatre. A postmodern story that tackles heavy topics like pedophilia and family complicity, in an accessible and sensitively way brought to life with humor and wit. 

The play has been translated to Maltese by Simone Spiteri for a special premiere at Theatre Next Door, produced by, Dù Theatre. This theatrical masterpiece confronts the complexities of taboo relationships with brave vulnerability and tear-jerking honesty. Under the direction of Chiara Hyzler, Kif Tgħallimt Insuq follows the journey of Żgħira where the lines of love and control blur into one another to reveal profound humanity, trauma and forgiveness. 

Over 25 years after its inception, one could argue that the prevalent themes found in this play are more relevant now than ever before. 

This project is supported by Arts Council Malta, Theatre Next Door, APS Bank and Victim Support Malta.

 

ETÀ | AGE: 13+

LINGWA | LANGUAGE: Malti | Maltese 

DATI | DATES: 28 ta’ Frar; 1, 2, 7, 8, 9 ta’ Marzu 2025 | 28 February; 1, 2, 7, 8, 9 March 2025

ĦIN | TIME: 7:30pm/8pm

POST | LOCATION: Theatre Next Door, Magħtab

TAĦDITA TEATRU | THEATRE DISCUSSION: 28 ta’ Frar, 8 ta' Marzu 2025 (wara l-ispettaklu) | 28 Feb, 8 Mar 2025 (after the show)

 

TAGĦRIF DWAR IL-BILJETTI | TICKET INFO

PREZZ | PRICE: €23.58 (standard); €18.45 (gallarija) 
BILJETTI | TICKETS: https://www.fmt.com.mt/

 

F’dawn id-dati, 1 ta’ Marzu u 8 ta’ Marzu, se jkun hemm sottotitoli bl-Ingliż.

Shows on these dates include English subtitles: Saturday 1st March & Saturday 8th March.

 

TIM KREATTIV | CREATIVE TEAM

KAST | CAST: Simone Spiteri, Peter Galea, Moira Vassallo, Pierre Stafrace, Maria Buckle, Magdalena Van Kuilenburg, Adam Ryan

 

TIM TAL-PRODUZZJONI | PRODUCTION TEAM

DIREZZJONI | DIRECTION: Chiara Hyzler
MANIĠER TAL-PRODUZZJONI | PRODUCTION MANAGER: Denise Perini
DISINN TAS-SETT | SET DESIGN: Pierre Portelli
ASSISTENTA TAD-DIREZZJONI | ASSISTANT DIRECTION: Robyn Vella
DISINN TAD-DAWL & MOVIMENT | LIGHTS DESIGN & MOVEMENT: Moritz Zavan Stoeckle, Gianluca Bianco
DISINN TAL-ĦOSS | SOUND DESIGN: Monsigneur
DISINN TAL-KOSTUMI | COSTUME DESING: Angele Galea
PROPS: Maxime Durand
STAGE MANAGER: Franica Pulis